Taqtiegħa interessanti għal min se jkun is-sitt tim relegat għan-National Amatuer League
Fi tmiem din il-ġimgħa jiġi fi tmiemu l-kampjonat taċ-Challenge League fejn se jkun qed joffri tmiem mill-isbaħ.
Is-Sibt ikun deċiż it-tim li se jilgħab il-play off kontra t-tim li jispiċċa fit-12-il post bejn Żebbuġ Rangers u Santa Lucia. Preżentament Tarxien Rainbows għandhom punt aktar minn Żejtun Cortinthians, bit-tim immexxi minn Jaqcues Scerri jilgħab kontra ċ-champions ta’ dan l-istaġun Sliema Wanderers. It-tim ta’ Sliema se jkunu qed jilagħbu l-aħħar logħba bil-mira li jtemmu l-istaġun mingħajr telfa, u dan jagħmilha aktar diffiċli għal Tarxien. B’rebħa Tarxien R jagħmlu ċert li jgħaddu għall-play off. Min-naħa tagħhom Żejtun wara li fl-10 ta’ April tilfu l-konfront dirett kontra Tarxien, jilagħbu kontra t-tim ta’ Żurrieq, tim li jinsab 12-il punt wara l-istess Żejtun fil-klassifika.

Il-Ħadd jintlagħabu l-logħob li se jiddeterminaw liema timijiet se jkunu relegati għall-kampjonat tal-Amateur League fl-istaġun li jmiss, fejn din is-sena se jkunu sitt timijiet li se jkunu relegati. It-timijiet ta’ Vittoriosa Stars, Mqabba, Mtarfa, Marsaskala u Qrendi diġa’ jafu d-destin tagħhom, filwaqt li dak ta’ San Ġwann, Attard, Marsa u Lija Athetic ikun deċiż fl-aħħar logħba. Preżentament Lija A għandhom 36 punt filwaqt li t-timijiet ta’ San Ġwann, Attard u Marsa jinsabu b’34 punt. Lija A jilagħbu kontra Fgura United li jinsabu tliet punti vantaġġ fuq l-istess Lija A. San Ġwann jilagħbu kontra t-tim ta’ Swieqi United li jinsabu b’47 punt. Attard jilagħbu kontra t-tim relegat ta’ Mtarfa, filwaqt li Marsa jilagħbu kontra t-tim ta’ Qrendi, tim ieħor li ġie relegat.

Programm:
Is-Sibt:
Victor Tedesco Stadium:
15:00 – Żejtun C. vs Żurrieq
17:30 – St. Andrews vs Marsaskala
Luxol Stadium:
16:00 – Naxxar L. vs Melita
Centenary Stadium:
15:00 – Sliema W. vs Tarxien R.
//= $special ?>