Lokali

Dewmien fit-titjira tal-AirMalta lejn Londra

L-AirMalta qed tkompli tesperjenza dewmien ta’ sigħat twal fit-titjiriet – sitwazzjoni li qed tiġri ta’ kuljum fil-maġġoranza tat-titjiriet li topera din il-linja tal-ajru.

Dan hekk kif dalgħodu reġa kien hemm dewmien fuq it-titjira tal-Airmalta KM478 għal Pariġi li mis-6:30am issa mistennija titlaq fis-1:35pm…dewmien ta’ 7 sigħat.

Filwaqt li anke’ lejn Londra, dawk li kellhom jaqbdu t-titjira KM100 li kellha titlaq fis-7:15am ġew mgħarrfa li se jesperjenzaw dewmien u qiegħdin l-ajruport jistennew mingħajr ma jafu x’ħin se jitilqu, għaliex s’issa għadu mhux magħruf x’ħin din mistennija ttir.