L-AirMalta tesperjenza iżjed dewmien f’titjiriet, hekk kif it-titjira minn Linate lejn Malta KM 625 li kienet mistennija titlaq minn Milan fit-15:25, il-passiġġieri spiċċaw rikbu l-ajruplan f’dak il-ħin. Fl-ebda punt ma kienu infurmati li kellu jkun hemm xi dewmien.
Wara xi nofs siegħa fuq l-ajruplan, il-pilota informa lill-passiġġieri li qegħdin jistennew biex jiġu approvati xi dokumenti qabel jitlaq l-ajruplan, u li dan il-proċess kien baqalu bejn kwarta u għoxrin minuta. Il-kaptan mbad weħħel fl-awtoritajiet Taljani minħabba d-dewmien.
L-ajruplan mistenni jasal Malta fis-19:34 minflok fil-17:15 kif kien mistenni.
Sors ta’ NetNews innota wkoll kif l-ajruplani tal-AirMalta anqas biss qegħdin jużaw l-ajruplani bid-diżinn tal-AirMalta, iżda ajruplani bojod anonimi.
//= $special ?>