Ambjent Lokali

Għodda ġdida biex il-pubbliku jsegwi oġġezzjonijiet ta’ applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar

Ritratt meħud minn James Aaron Ellul

Kull min huwa mħasseb dwar l-iżvilupp rampanti li qiegħed jhedded lis-sbuħija tal-gżejjer Maltin issa għandu għodda ġdida online tal-għaqda volontarja, Din l-Art Ħelwa, bl-isem DLHAlert | Din l-Art Ħelwa – National Trust of Malta (dinlarthelwa.org), li biha l-membri tal-pubbliku jistgħu jibagħtu l-oġġezzjonijiet tagħhom kontra applikazzjonijiet ta’ żvilupp permezz tal-website, billi jipprovdu isimhom u l-indirizz elettroniku.

Din l-għodda se twassal lill-membri tal-pubbliku jinvolvu ruħhom ma’ Din l-Art Ħelwa biex jipproteġu l-ambjent billi wieħed jaċċessa dettalji tal-applikazzjoni, flimkien mal-informazzjoni relevanti dwar id-dati ta’ skadenzi li fihom jiġu milqugħa l-oġġezzjonijiet kif ukoll l-istadju li fihom waslu dawn l-applikazzjonijiet ta’ żvilupp.

Din l-għodda hija parzjalment iffinanzjata mill-Iskema għall-Proġetti għall-Għaqdiet Volontarji, il-VOPS, tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat.