Ġiet iddentifikata l-persuna li allegatament ikkawżat il-mewt ta’ sewwieqa tal-mutur, Marie Claire Lombardi ta’ 45 sena mill-Imġarr, li kienet għaddejja fi Triq l-Imdina, ir-Rabat. Il-persuna se tkun qed titressaq il-Qorti dalgħodu għall-ħabta tal-10:45am.
L-inċident kien seħħ fit-23 ta’ Ottubru għall-ħabta tal-5:30pm meta t-triq kienet ta’ periklu kbir hekk kif kien hemm materjal li jiżloq mifrux tul it-triq kollha.
Din il-persuna, mistennija titressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo akkużata b’omiċidju involontarju, fost oħrajn.
Ir-raġel tal-vittma, Aldo Lombardi kien qal ma’ Net News lura f’Diċembru li martu kienet żelqet wara li sabet mifrux tul it-triq żebbuġ li waqa’ minn fuq kannestru li kien jiflaħ mal-25kg. Jidher li l-akkużat ġabar il-kannestru iżda ħalla ż-żebbuġ fit-triq b’konsegwenza li kkaġuna l-ħajja ta’ Marie Claire.
Marie Claire kienet taħdem bħala hairdresser u l-professjoni li kellha tatha l-opportunità li matul ħajjitha tiltaqa’ ma’ bosta persuni. Fil-fatt ħafna jiddiskrivuha bħala mara umli b’qalb tad-deheb, maħbuba minn kulħadd u li kienet tnissel it-tbissima ma’ kull min tiltaqa’.

Appell li sar fil-11 ta’ Novembru li għadda mill-Pulizija
//= $special ?>