Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Antonio Guterres qed iħejji għal taħditiet online mal-mexxejja tal-istituzzjonijiet reġjonali — fosthom l-Unjoni Afrikana u l-Lega Għarbija – bil-ħsieb li tieqaf id-dmija f’Khartoum wara sitt ijiem ta’ gwerra ċivili
Sadanittant, l-Armata Nazzjonali Libjana (LNA), li tinkorpora grupp ta’ qawwiet armati leali għall-Ġeneral Khalifa Haftar, ċaħdet b’mod kategoriku li qed tipprovdi appoġġ lil xi grupp ta’ ġellieda fis-Sudan u b’mod li ‘qed jinfluwenza’ dan il-konflitt.
Intant, Haftar, li jmexxi lill-Gvern fil-Lvant tal-Libja li mhux rikonoxxut mill-komunità internazzjonali, qal li l-Armata tiegħu tinsab lesta biex taqdi r-rwol ta’ medjatur bejn il-ġelledin rivali fis-Sudan.
//= $special ?>