Fil-Portugall draw ta’ 1-1 kien biżejjed biex Juventus għamluha għas-semi finali tal-UEFA Europa League kontra Sporting. Adrien Rabiot xeħet lil Juventus fil-vantaġġ fid-disa’ minuta qabel Marcus Edwards kiseb il-gowl tad-draw fl-20 minuta mill-ħdax-il metru. Juventus għaddew bi skor aggregate ta’ 2-1.
Roma wkoll għaddew għas-semi finali meta fi Stadio Olimpico għelbu lil Feyenenord bl-iskor ta’ 4-1. Leandro Spinazzola poġġa lil Roma fil-vantaġġ fis-60 minuta qabel l-Olandiżi kisbu d-draw minn gowl ta’ Igor Paixao. Hekk kif kollox deher li Feyenord se jgħadu għas-semi finali kien Paolo Dybala li fid-89 minuta xeħet fix-xibka għal 2-1. Bil-partita tmur għal ħin barrani, Roma skorjaw il-gowl tar-rebħa fil-100 minuta minn Stephan El Sharawy qabel fil-110 minuta kien Lorenzo Pellegrini li assigura mir-rebħa bir-raba’ gowl.
Manchester United kienu eliminati mill-UEFA Europa League meta f’wirja diżappuntanti kienu megħluba minn Sevilla bi skor ta’ 3-0, bi skor aggregate ta’ 5-2. Sevilla fetħu l-iskor wara biss tmien minuti meta Harry Maguire naqas milli jikkontrolla l-ballun minn pass ta’ De Gea, b’Youssef En-Nesyri japprofitta u jixħet wara l-goalkeeper Spanjol għal 1-0. Fl-40 minuta Lucas Ocampos kellu l-gowl tiegħu mhux konvoladidat mill-VAR għall-pożizzjoni ta’ Offside. Madankollu mal-ftuħ tat-tieni tasqima huma rduppjaw meta Ivan Rakitic għadda lejn Loic Bade li xeħet wara De Gea għal 2-0. Biex fil-81 kien David De Gea li naqas milli jikkontrolla l-ballun, b’Youssef En Nesyri jixħet f’lasta vojta għal 3-0.
Union St.Gilloise kienu eliminati minn Bayer Leverkusen bi skor aggregate ta’ 5-2, wara telfa ta; 4-1 f’darhom fil-Belġu. Moussa Diabu u Mitchel Bakker tefgħu lil Ġermaniżi fil-vantaġġ fl-ewwel taqsima qabel Jeremie Frimpong Adam Hlozek għalqu l-partita, bil-gowl ta’ konsolazzjoni jkun skurjat minn Casper Terho.
UEFA CONFERENCE LEAGUE
Roma v Feyenoord 4-1
Sevilla v Man Utd 3-0
Sporting v Juventus 1-1
Union St.Gilloise v Bayer 1-4
UEFA CONFERENCE LEAGUE
AZ Alkmaar v Anderlecht 2-0
Fiorentina v L.Poznan 2-3
Nice v Basel 1-2
West Ham v Gent 4-1