Raġel ta’ 41 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tat-3:15pm qam argument bejn tliet persuni fi Triq il-Ħabs l-Antik, l-Isla.
Dawk involuti kienu r-raġel ta’ 41 sena residenti Bormla, raġel ta’ 43 sena residenti l-Isla u mara ta’ 41 sena mill-Isla wkoll.
Ambulanza b’tim mediku ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa fejn hemmhekk ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>