Sport Sport Ieħor

Table Tennis: Gabriel Grixti u Anthea Cutajar jirbħu l-kategorija tas-Singles

Gabriel Grixti u Anthea Cutajar rebħu l-kompetizzjoni singles tat-table tennis fil-kategorija rispettiva tagħhom hekk kif saru l-kampjonati nazzjonali Open fil-Kumpless tal-Universita’ f’Tal-Qroqq. 

Gabriel Grixti ikkonferma l-mument pożittiv tiegħu wara li fil-finali għeleb lil Andrew Gambina 4-1.  

Mill-banda l-oħra, Anthea Cutajar kisbet is-suċċess ukoll fl-Open tan-Nisa wara li rebħet 4-1 lil Rachel Mifsud fil-finali.  

Għal Grixti dan kien it-tieni unur konsekuttiv li rebaħ filwaqt li Cutajar żammet dan it-titlu li ilha tirbħu għal dawn l-aħħar erba’snin.