Inter u Manchester City bdew it- tieni leg tal-bieraħ bħala l-ikbar favoriti li javanzaw għas-semi finali wara r-rebħiet li kellhom fl-ewwel leg, u dan ikkonfermawħ ilbieraħ meta t-tnejn kisbu draw biex żammew il-vantaġġ tal-ewwel leg.
Manchester City kisbu draw ta’ 1-1 fil-Ġermanja kontra Bayern Munich biex għaddew b’aggregate ta’4-1,filwaqt li f’San Siro Inter kisbu draw ta’ 3-3 ma’ Benfica biex b’hekk għaddew b’aggregate ta’ 5-3.
Fis-semi finali issa Manchester City jiltaqgħu ma’ Real Madrid filwaqt li t-tieni derby se tkun id- Derby della Madonnina bejn Inter u Milan li b’hekk se jkunu iltaqgħu ħames darbiet f’dan l-istaġun.
Fi Munich Bayern kellhom diversi ċansijiet ta’ skor fl-ewwel taqsima fejn setgħu fetħu l-logħba, iżda l-isbaħ ċans ġie għand Haaland li iżda falla penalty.
Fit-tieni taqsima l-istess Haaland fetaħ l-iskor fis-57 minuta, u Bayern kisbu l-gowl tad-draw fit-83 minuta minn penalty ta’ Kimmich.
Spettaklu f’San Siro u rimonta fl-aħħar minuti minn Benfica, iżda kienu Inter li avanzaw b’aggregate ta’ 5-3.
Fl-ewwel taqsima gowls ta’ Barella u Aursnes u fit-tieni taqsima Inter aċċertaw b’gowls ta’ Martinez u Correa.
Fl-aħħar minuti Benfica skorjaw darbtejn permezz ta’ Antonio Silva u Musa.
Riżultati:
Bayern v Man City 1-1
Inter v Benfica 3-3
//= $special ?>