Din is-sena hija waħda speċjali ferm għal Caritas Malta fejn qed ikun iċċelebrat il-55 sena mit-twaqqif ta’ din l-organizzazzjoni, li matul dawn is-snin kollha għamlet ħafna ġid fis-soċjetà Maltija.
U sabiex jitfakkar dan l-anniversarju Caritas Malta matul din is-sena se tkun qed torganizza numru ta’ attivitajiet fosthom esebizzjoni ta’ arti li qed issir fi tmiem din il-ġimħa.
Tkellimna ma’ Marica Cassar illi tatna aktar dettalji dwar din l-esebizzjoni. Marica Cassar spejgat kif it-tema marbuta ma’ din l-esebizzjoni ta’ arti hija dik tar-Rebbiegħa.
Din il-wirja se ssir fil-Caritas Community Centre fil-Ħamrun, fiz-zona tal-Blata l-Bajda, u se tkun ukoll okkażjoni għall-pubbliku inġenerali biex iżur dan iċ-ċentru li ġie inawgurat f’Novembru li għadda.
//= $special ?>