Ġurnata oħra, u l-kumpanija AirMalta qed tkompli tesperjenza dewmien esaġerat fit-titjiriet – sitwazzjoni li qed tiffrustra sew lil klijenti li jagħmlu użu mil-linja nazzjonali ta’ pajjiżna.
Il-Ġimgħa filgħodu kien hemm dewmien fit-titjira tal-AirMalta KM586 għal Madrid li mis-6:30 ta’ filgħodu spiċċat telqet 3 sigħat u nofs tard. Din it-titjira spiċċat telqet għall-ħabta tal-10:00 ta’ filgħodu.
Id-dewmien fit-titjiriet qed iħalli impatt fuq rotot oħra tal-AirMalta.
Dan hekk kif il-Ħamis minħabba id-dewmien fit-titjira destinata lejn Londra titjiriet oħra spiċċaw affettawti – fost l-oħrajn, ir-rotta minn Pariġi li kellha tiġi posposta kaġun tad-dewmien fit-tijira ta’ Heathrow.
Id-dewmien ta’ kuljum fit-titjiriet tal-AirMalta qed iħalli ħafna klijenti frustrati hekk kif malli l-passiġġiera jiġu avżati li t-titjira se titlaq fil-ħin qed jiġu avżati li se jkun hemm dewmien iżda ma jissemmiex kemm se tkun tard it-titjira partikolari.
Barra minn hekk, aktar kmieni din il-ġimgħa skont rapporti fil-midja, il-Kap tal-Operazzjonijiet tal-linja nazzjonali tal-ajru Declan Keller qal li d-dewmien fit-titjiriet huwa minħabba l-fatt li l-AirMalta qed topera bi 8 ajruplani biss u allura meta ajruplan qed iġarrab xi ħsara mhux qed ikun hemm ajruplani oħra għad-dispożizzjoni tal-AirMalta.
Jidher ukoll li s-sitwazzjoni qed tkompli sejra għall-agħar għaliex qed tkun ferm diffikultuża sabiex jinstabu spare parts tal-ajruplani.
//= $special ?>