Sport Sport Ieħor

Blackball: Dejan Grech jirbaħ b’konvinzjoni fil-kategorija tal-irġiel

Sar it-tielet Euro Ranking Tournament tal-Malta Blackball Federation fejn b’kollox kien hemm ħames plejers li rebħu l-kategorija rispettiva tagħhom.

Fil-Kategorija tal-irġiel, Dejan Grech kompla jikkonferma s-supremazija tiegħu wara li ddomina l-konfront kontra Philip Coleiro li rebaħ 10-1.

Deacon Formosa kiseb suċċess fil-kategorija ta’ taħt it-23 sena f’partita bbilancjata li rebaħ 9-6 kontra Matthias Debono.

Fis-Seniors, Clint Azzopardi f’partita miftuħa għal kull riżultat għeleb 10-8 lil Stpehen Mangion filwaqt li Conrad Catania rebaħ lil Marco Bonello 10-9 fil-Masters.

Fl-aħħar nett, Mark Debono għeleb lil Manuel Saliba fil-Grand Masters ta’ ‘l fuq minn 60 sena meta ħareġ rebbieħ 8-6.