Futbol Sport

Imħabbra d-dettalji tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-MFA Awards

Waqt laqgħa mal-ġurnalisti ingħataw dettalji dwar l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-MFA Awards. Dawn id-dettalji ingħataw mis-Segretarju Ġenerali Dr. Angelo Chetcuti u mill-Viċi President tal-MFA Dr. Matthew Paris.

Fl-istess waqt, fil-preżenza ta’ Lucienne Cini, Chief Operating Officer tad-ditta Assikura, kien ippreżentat uffiċjament it-trofew li minn din is-sena se jingħata lit-tim rebbieħ tal-Kampjonat tan-nisa Assikura.

Fil-preżenza tas-Segretarju Ġenerali tal-MFA, Angelo Chetcuti, Lucienne Cini għamlet riferenza għall-impenn ta’ Assikura fl-iżvilupp tal-futbol tan-nisa f’pajjiżna.

It-trofew il-ġdid tal-Kampjonat Assikura tan-nisa sar fl-Ingilterra mid-ditta Thomas Lyte.

Ittellgħu wkoll il-poloz tan-Knock Out tan-nisa:

Raiders Lija – Mtarfa

Birkirkara – Swieqi United

Mġarr United – Hibernians

San Ġwann huma bye

Is-semi finali jintlagħabu fit-7 ta’ Mejju bil-finali fit-12 ta’ Mejju.