Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara inċident fl-Imqabba

Żagħżugħ ta’ 18-il sena residenti Ħal Qormi qed isofri ġrieħi gravi wara inċident li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-2pm fi Triq Ħal Kirkop fl-Imqabba.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Toyota Tercel, misjuqa minn żagħżugħ ta’ 18-il sena residenti Ħal Qormi u Peugeot Expert, misjuq minn raġel ta’ 42 sena residenti l-Imsida.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.