Joanne Bondin ġiet appuntata mill-ġdid bħala President tal-Assoċjazzjoni Maltija għal Min Iħaddem (MEA).
Fi stqarrija l-MEA qalet li s-Sinjura Bondin serviet fuq il-kunsill tal-MEA tul l-aħħar snin, u għandha 15-il sena esperjenza f’konsultazzjoni lil kumpaniji varji dwar kwistjonijiet bħal tibdil fil-management, ristrutturar u riżorsi umani, fost oħrajn.
Is-Sinjura Bondin bdiet taħdem mat-tim tar-reklutaġġ tal-MISCO fl-2006, u fl-2017 ġiet appuntata Direttur tal-MISCO Consulting u HR Outsourcing.
Hija ggradwat b’Baċellerat fil-Psikoloġija mill-Università ta’ Malta u kisbet Post Graduate Diploma fil-Management mill-ILM, apparti ċertifikati oħra marbuta mal-inġaggar u l-ittestjar tal-ħaddiema.
//= $special ?>