Futbol Sport

Milqugħ l-appell ta’ Juventus

(Ritratt: EPA)

L-ogħla qorti sportiva fl-Italja rrevokat il-15-il punt li tnaqqsu f’Jannar lil Juventus wara li ntlaqa’ b’suċċess l-appell li d-diriġenza resqet.

Juventus kienu tnaqssulhom 15-il punt wara li nstabu ħatja ta’ frodi u miżappropriazzjoni ta’ flus fit-trasferimenti tagħhom.

Il-Bianconeri għalhekk issa telgħu fit-tielet post tal-klassifika b’59 punt.

Fl-istess sentenza d-direttur sportiv ta’ Tottenham Fabio Paratici tilef l-appell kontra s-sospensjoni ta’ 30 xahar minn kull attività fil-futbol

Paratici kien wieħed mill-11-il direttur fil-club meta ngħatat is-sospensjoni.

Bħal Paratici, l-appelli tal-eks President Andrea Agnelli, u Maurizio Arrivabene, kif ukoll tad-Direttur Sportiv Federico Cherubini ukoll ma’ tlaqgħux.