Għaddew kważi sebat ijiem minn meta informazzjoni ġdida żvelat kif il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa kien parti minn cover-up fil-każ tal-iskandlu tal-bank Pilatus.
Dan meta flimkien mal-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg kienu f’konfoffa waħda sabiex tingħata dik li tissejjaħ ‘nolle prosequi’ fil-konfront ta’ waħda mid-Diretturi tal-bank Pilatus Antoniella Gauci… li kif ikkonferma l-Prim Ministru stess, kien avukat tal-familja tagħha.
U quddiem dan kollu ma kien hemm ebda ċaħda dwar l-involviment tal-Kummissarju tal-Pulizija f’dan il-każ… propju mill-Ministru responsabbli mill-Korp, Byron Camilleri.
Ikkonfrontat mill-mistoqsijiet ta’ Net News, il-Ministru spiċċa jinħeba wara l-proċeduri legali u fl-ebda ħin ma’ ċaħad li kien hemm cover-up.
Staqsejna lill-Ministru jekk tkellimx ma’ Angelo Gafa dwar dak li kien żvelat fil-ktieb ‘Pilatus’…bil-Ministru tal-Intern, flok wieġeb, spiċċa nfexx f’attakk fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista. Pressat biex jgħidilna jekk iltaqax mal-Kummissarju tal-Pulizija, Byron Camilleri baqa’ ma weġibx.
In-nuqqas ta’ risposti u d-dubji għadhom qed jiddimonaw anke minn naħa tal-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa, kif ukoll mill-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg illi din il-ġimgħa ħarbet għal kollox lill-ġurnalisti.
//= $special ?>