Lokali Sport

Tingħata l-aħħar tislima lil eks plejer tat-tim Nazzjonali Malti u ta’ Sliema Wanderers Sammy Nicholl

Fil-Knisja Parrokkjali Marija Annunzjata f’Ħal Balzan ingħatat l-aħħar tislima lil eks plejer tat-tim Nazzjonali Malti u ta’ Sliema Wanderers Sammy Nicholl.

Spikkat il-preżenza ta’ bosta persuni midħla fl-isport minn ex plejers għal amministraturi u oħrajn li b’xi mod matul il-karriera kellhom rabta ma’ Sammy Nicholl inklużi wkoll ġurnalisti wara li fi tmiem il-karriera kien ta kontribut tekniku f’ġurnali u televizjoni .

Fuq kollox spikka wkoll il-fatt kif kienet ix-xewqa tal-familjari hekk kif bosta kienu bil-flokk tal-isport li jipprattikaw jew ta’ min jissapportjaw.

Ritratt: Matthew Tabone

Sammy Nicholl miet nhar it-Tlieta 18 ta’ April fl-eta’ ta’ 88 sena.

Karriera mill-aqwa ma’ Sliema Wanderers fejn f’135 partita rebaħ erba’ Kampjonati u darbtjen l-FA Trophy kif wkoll bejn l-1955 u l-1958 kien l-aqwa scorer tal-Kampjonat.

Huwa se jibqa’ mfakkar fuq kollox għat tieni gowl li kien skorja fl-ewwel partita tat-tim Nazzjonali Malti fl-1957 fit-telfa ta’ 3 – 2 kontra l-Awstrija.