Kultura Lokali

Tittella’ wirja b’rabta mal-aktar fatturi mudlama li qed joħonqu s-soċjetà Maltija

Tul tmiem din il-ġimgħa bejn il-21 u 23 ta’ April u bejn id-29 ta’ April u l-14 ta’ Mejju se tkun qed tittella’ wirja viżwali bit-tema tkun “Dark Malta”.

Il-wirja għandha s-sehem ta’ Sara Pace, Joseph Bugeja, Franco Navarro, Luca Cauchi u Jennings Falzon.

Bejn il-21 u t-23 ta’ April din il-wirja se tkun qed tittella’ f’Gianpula filwaqt li bejn id-29 ta’ April u l-14 ta’ Mejju se tkun qed tittella’ f’Casino Notabile fir-Rabat.

Il-wirja se tkun qed iżżomm mat-tema tal-aktar fatturi mudlama li llum qed jagħmlu lis-soċjetà Maltija u l-ġrajjiet kontemporanji, bħall-korruzzjoni u l-bini żejjed, il-qerda tan-natura, l-idea tal-biża’ u l-waħx, il-femiċidji u d-droga.