Lokali

AIRMALTA:”Daħq fil-wiċċ u kliem fl-arja”

“Ċar daqs il-kristall li l-Partit Laburista jara l-politika bħala logħba li fiha huwa permess li tidħaq bin-nies f’wiċċhom biex tikseb l-appoġġ tagħhom. Fl-Air Malta mexa hekk kontinwament”. Hekk stqarr iċ-Chairperson tal-ADPD – The Green Party Carmel Cacopardo, waqt konferenza stampa quddiem il-Parlament Malti dwar l-AirMalta.

Cacopardo kompla jgħid li huwa fatt magħruf li l-Gvern ta’ Abela kien qed jipprepara għall-possibiltà tal-għeluq tal-AirMalta minkejja l-fatt li ftit aktar minn sena ilu – qabel l’elezzjoni ġenerali li għaddiet – il—ħaddiema tal-linja nazzjonali tal-ajru ġew imwegħda li l-kumpanija se tkompli topera b’mod normali. Minkejja dan, huwa saħaq li l-impjegat klassifikati bħala żejda, se jkunu qed jieħdu trasferiti mas-settur pubbliku b’pagi ekwivalenti.

Saħansitra anke kienet ippreżentata fil-manifest elettorali tal-labour, il-wegħda li kien nbeda l-proċess biex l-AirMalta tkomlpi topera u sservi l-oġġettivi tagħha skont ir-regolamenti Ewropej.

Carmel Cacopardo, stqarr li dan kien kollu daħq fil-wiċċ u kliem fl-arja.