Bulgaru ta’ 37 sena, mfittex f’pajjiżu fuq ħruq ta’ postijiet, se jiġi estradit lejn pajjiżu wara li tressaq il-Qorti.
L-awtoritajiet Bulgari ġarħu mandat ta’ arrest Ewropew fil-konfront ta’ Vladmir Ivanov Pashev f’Jannar tas-sena li għaddiet.
Il-pulizija Maltija bdiet tfittxija għalih u arrestatu wara li fi Frar li għadda l-Avukat Ġenerali ħarġet ordni ta’ arrest.
Hu tressaq illum quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello. Il-Bulgaru ta l-kunses tiegħu biex jiġi estradit lejn pajjiżu.
//= $special ?>