Waqt il-programm li xxandar dalgħodu fuq l-istazzjon 103, il-Professur Andrew Azzopardi żvela email mibgħuta mill-management tal-AirMalta li qed tħajjar lill-cabin crew biex minn part time jaqilbu full time. Dan meta fi ftit xhur oħra l-linja nazzjonali se tkun qed tagħlaq il-bibien tagħha – bil-preżentatur jgħid li din l-email li kienet għadha kif waslitlu tikkonferma t-taħwid enormi li hemm fil-management tal-AirMalta.
Wara li din il-ġimgħa kellna konferma li l-Air Malta se tagħlaq il-bibien tagħha sal-aħħar tas-sena, il-membri tal-Kabinett ta’ Robert Abela dehrilhom li quddiem din sitwazzjoni ma jikkumentawx; turija ċara ta’ kemm din it-tema qed toħloq skumdita għat-tmexxija ta’ Kastilja.
//= $special ?>