Futbol Sport

Ħamrun jiċċelebraw b’rebħa fuq Gudja

(Ritratti: Joseph Galea)

Ħamrun S……………………..2

Gudja U…………………………0

Ħamrun S.: H. Bonello, S. Borg, E. Marcelina, O. Bjelicic (L. Montebello 56′), Ju. Corbalan (J. Mbong 67′), R. Camenzuli (S. Xerri 76′), M. Guillaumier, R. Prsa, J. Robert (K. Holmberg 56′),E. Domingos (D. Soares 56′), E. Mashike

Gudja U.: G. Zammit, K. Micallef, F. Zuniga, N. Micallef, J. Mintoff (J. Aboumehdi 84′), N. Tabone (J. Bezzina 56′), J. Arthur, S. Gomes (J. Attard 70′), S. Attard (I. Kolf 84′), T. Nagamatsu (N. Navarrete 46′), V. Plut

Referee: I. Barbara

Assistenti referees: D. Spencer, R. Vella

Fl-aħħar partita tal-Kampjonat BOV Premier, Ħamrun Spartans bdew iċ-ċelebrazzjonijiet tar-rebħ tad-disa’ kampjonat b’rebħa ta’ 2-0 fuq Gudja United. Bidu mill-aqwa għal Ħamrun hekk kif wara biss żewġ minuti kien l-attakkant Elvis Mashike li b’konklużjoni mill-viċin għamilhom 1-0.

It-tim imexxi minn Branko Nisevic skorja t-tieni gowl tiegħu fil-ħdax il-minuta b’xutt mill-isbaħ ta’ Ryan Camenzuli. Ħamrun baqgħu jiddominaw il-partita sat-tmiem, bil-kowċ ta’ Ħamrun jibdel diversi plejers matul il-kumplament tal-partita. Intant fi tmiem il-partita, il-captain Steve Borg kien preżentat bit-trofew tal-Kampjonat BOV Premier mill-President tal-MFA Bjorn Vassallo.