Lokali

Il-Gvern jibqa’ jiddefendi lil Gafà u Buttigieg

Il-Ministru tal-Ġustizzja, Jonathan Attard, baqa’ jiddefendi lill-Angelo Gafá u lil Victoria Buttigieg wara li ġew implikati f’allegat cover up li qed iseħħ fil-każ tal-Pilatus Bank.

Mistieden fuq il-programm tar-radju ppreżentat mill-Professur Andrew Azzopardi biex jgħaddi il-kummenti tiegħu rigward il-ktieb ippublikat minn Nutar Robert Aquilina dwar l-iskandlu tal-bank Pilatus, Attard sostna li l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna qed jaħdmu kif suppost, filwaqt li tenna li hu għandu fiduċja kbira fl-Avukat Ġenerali.

Jonathan Attard, infexx jattakka lill-ġurnalisti hekk kif stqarr li l-ġustizzja ma ssirx meta l-ġurnalisti jmorru jiġru għad-domandi.

Dan filwaqt, li saħansitra attakka lil Robert Aquilina għax ippubblika l-ktieb, fejn saħaq li l-awtur jista’ għandu intenzjonijiet ulterjuri.

Andrew Azzopardi sostna, li l-Kummissarju tal-Korp tal-Pulizija Angelo Gafà ssemma’ diversi drabi f’intervisti li kellu ma’ nies varji. Għaldaqstant, kif inhu xieraq hu stiednu uq il-programm sabiex jiddefendi ismu quddiem l-allegazzjonijiet li qed isiru. Stedina, li waqgħet fuq widnejn torox għal-diversi drabi.

Għaldaqstant Azzopardi staqsa għaliex Gafà qed jaħrab milli jikkumenta jew saħansitra jiprova jnaddaf ismu.