Fi Stadio Olimpico, Lazio kienu maħsuda minn Torino meta tilfu bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku f’din il-partita wasal fit-43 minuta permezz ta’ Ivan Ilic. B’din it-telfa Lazio jistgħu jinqabżu minn Juventus jekk jirbħu kontra Napoli.
Rebħa importanti ta’ 3-0 għal Salernitana fuq Sassuolo. Salernitana fil-vantaġġ wara disa’ minuti permezz ta’ Lorenzo Pirola. Boulaye Dia jirdoppja fl-20 minuta biex fil-65 minuta kien Lassana Coulibaly li għamel l-iskor 3-0.
//= $special ?>