Bennej ta’ 49 sena minn Ħal Tarxien wieġeb ħati li l-Erbgħa li għadda hedded ħames uffiċjali tal-pulizija u li għamel kjass sħiħ fl-Għassa ta’ Raħal Ġdid.
Joseph Camilleri kien akkużat ukoll li insulenta raġel ieħor u li hedded li se jferi żewġ irġiel bil-ġebel. Hu kkunsidra mill-ġdid l-ammissjoni tiegħu, iżda reġa’ tenna li hu ħati.
L-ispettur Antonello Magri qal li l-prosekuzzjoni taqbel li l-akkużat jingħata multa u tinħareġ ordni ta’ protezzjoni favur il-vittmi. Hekk kif, id-difiża tenniet li l-akkużat ammetta immedjatament u li qed jipprova jindirizza l-vizzju tax-xorb.
Il-Maġistrat Abigail Critien sabet lill-imputat ħati u kkundannatu multa ta’ €900 li trid titħallas fi żmien taż 9 xhur, fiilwaqt li ħarġet ukoll ordni tat-trażżin għal sentejn favur wieħed mill-irġiel mhedda.
//= $special ?>