Futbol Sport

Sliema Wanderers jiġu preżentati bit-trofew ta’ champions taċ-Challenge League

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

Fl-aħħar partita tagħhom mill-Kampjonat Challenge League Sliema Wanderers kienu preżentati bit-trofew taċ-champions ta’ dan il-kampjonat li ddominaw sa mill-bidu nett fejn ġew ukoll promossi għall-Kampjonat Premier mingħajr telfa. Fil-partita ta’ llum temmew fi draw ta’ 0-0 kontra Tarxien Rainbows.

Intant se jkunu Żejtun Corinthians li jilagħbu l-partita tal-play-off kontra t-tim mill-Kampjonat Premier Santa Lucia wara li għelbu lil Żurrieq bl-iskor ta’ 2-1.

Naxxar li wkoll ġew promossi għall-Kampjonat Premier flimkien ma’ Sliema, tilfu l-aħħar partita tagħhom kontra Melita bl-iskor ta’ 5-0.