Il-Knisja f’Malta ċċelebrat l-ordinazzjoni ta’ żewġ djakoni ġodda. L-ordinazzjoni presbiterali mill-Arċisqof Charles Scicluna saret is-Sibt filgħodu, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.
Iż-żewġ seminaristi huma Karl Andrew Schembri mill-Parroċċa ta’ Marija Bambina, il-Mellieħa, kif ukoll Malcolm John Saliba, mill-Parroċċa ta’ Santa Marija, f’Ħ’Attard.
Fl-omelija, l-Arċisqof qal li r-relazzjoni taż-żewġ djakni ma’ Ġesù “hija u trid tkun dejjem relazzjoni ta’ mħabba”.
Huwa qal li permezz ta’ din l-ordinazzjoni, id‑djakni l‑ġodda jsiru xebh ma’ Ġesù Kristu li ried ikun ‘djaknu’, jiġifieri qaddej ta’ kulħadd.
L-irwol tad-djaknu hu li jiddedika ħajtu għall-qadi bl-imħabba fis-servizz tiegħu lejn il-poplu, jassisti lill-isqof u lis-saċerdoti fiċ-ċelebrazzjoni tal-misteri qaddisa, l-aktar dak tal-Ewkaristija.
Huwa jamministra s-sagrament tal-magħmudija, jassisti għaż-żwieġ u jbierku, ixandar l-Evanġelju u jipprietkah, u jmexxi l-funerali.
//= $special ?>