Lokali

Żewġ sewwieqa ta’ muturi isofru ġrieħi gravi f’inċidenti separati tat-traffiku

Aktar kmieni llum, żewġ sewwieqa ta’ mutur weġġgħu gravi f’inċidenti separati tat-traffiku.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar, fi Triq Għar Dalam, iż-Żejtun. Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Auris misjuqa minn raġel ta’ 70 sena residenti il-Ħamrun, u mutur Yamaha misjuq minn raġel ta’ 36 sena residenti Birżebbuġa.

Is-sewwieq tal-mutur mar għall-assistenza medika ġewwa Ċentru tas-Saħħa u ġie ċċertifkat bi ġrieħi gravi.

It-tieni inċident ġara għal xi s-sagħtejn ta’ waranofsinhar, fi Triq tal-Armaġġ, lImġarr. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Suzuki Swift misjuqa minn raġel ta’ 32 sena, u mutur Husqvarna misjuq minn raġel ta’ 23 sena. Iż-żewġ sewwieqa huma residenti l-Imġarr stess.

Tim mediku ta l-assistenza lir-raġel ta’ 23 li ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn kien iċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward iż-żewġ inċidenti għadhom għaddejjin.