Fl-aħħar sigħat inħassu żewġ terremoti li seħħew qrib il-gżejjer Maltin, fil-baħar lejn ix-Xlokk ta’ Malta.
L-ewwel wieħed seħħ fis-8:13pm li kellu qawwa ta’ 4.4 fuq l-iskala Richter.
L-iktar li nħass f’pajjiżna kien dak ta’ 5.1 fuq l-iskala Richter li seħħ f’12:19am. Dan kien tant qawwi li diversi Maltin saħansitra stenbħu mir-raqda biċ-ċaqliq.