Lokali

AĠĠORNATA: Mara tweġġa’ gravi fil-Bypass tax-Xemxija

Il-Ħadd filgħaxija, mara weġġgħet gravi hekk kif inqalbet bil-Land Rover li kienet qed issuq, fil-Bypass tax-Xemxija

L-inċident seħħ għal ħabta tas-6:30pm, fi Triq San Pawl il-Baħar, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li mara ta’ 49 sena residenti San Pawl il-Baħar tilfet il-kontroll tal-Land Rover Defender li kienet qed issuq u nqalbet.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.