Lokali

Christian Borg għadda tliet pagamenti lill-Prim Ministru u lil Lydia Abela

F'jumejn Borg għadda €75,000 lill-familja Abela

Informazzjoni żvelata mit-Times of Malta turi li f’Diċembru tal-2018 Christian Borg għadda tliet pagamenti lill-Prim Ministru Robert Abela u lil martu Lydia Abela.

Fit-3 ta’ Diċembru tal-2018 Borg ħareġ ċekk li kien jammonta għal €25,000 lil mart il-Prim Ministru… imbagħad l-għada kien hemm pagament ieħor tal-istess ammont… ta’ €25,000 lil Lydia Abela. Fl-istess ġurnata Christina Borg għamel pagament ieħor lill-Prim Ministru Robert Abela. F’kelma waħda… f’jumejn Borg għadda €75,000 lill-familja Abela.

S’issa għadu mhux ċar għalfejn dawn il-pagamenti, relatati ma’ proprjetà f’Ħaż-Żabbar, kienu maqsuma fuq tliet ċekkijiet… fejn imbagħad ftit tax-xhur wara l-istess Lydia Abela ħarġet ċekk li kien jammonta għal €48,000 lil Christian Borg.

Lura fi Frar tal-2022, il-media kienet diġà tefgħet dawl fuq l-istorja li l-Prim Ministru Robert Abela daħħal €45,000 minn negozju suspettuż ma’ Christian Borg.