Is-Serbi residenti fil-Kosovo rifjutaw li jirrikonoxxu l-elezzjonijiet muniċipali ( lokali) li l-Awtorita fi Pristina organizzat għar-reġjuni tat-Tramuntana tal-pajjiż.
L-elezzjonijiet kienu dovuti wara li r-rappreżentanti tal-komunità Serba, f’Novembru, irriżenjaw mill-istituzzjonijiet lokali u bis-sitwazzjoni fin-naħa ta’ fuq tal-Kosovo qed tidher dejjem aktar delikata.
Fil-fatt, il-bojkott tal-elezzjonijiet fl-erba’ muniċipalitajiet tat-Tramuntana (fejn hemm maġġoranza assoluta ta’ Serbi) qed jissogra li jaggrava t-tensjoni li ilha x-xhur tbaqbaq bejn il-Gvern tal-Kosovo u r-residenti Serbi fil-pajjiż.
Dan meta xi 45,000 kienu eliġibbli biex jivvutaw f’19-il post tal-votazzjoni fit-Tramuntana tal-Kosovo u li 95 fil-mija tagħhom kienu Serbi.
L-elezzjonijiet inkwistjoni qed isiru aktar minn xahar wara li l-Unjoni Ewropea ħabbret ftehim dwar in-normalizzazzjoni tar-relazzjonjiet bejn is-Serbja u l-Kosovo u li baqa’ mhux iffirmat mill-pajjiżi inkwistjoni.
//= $special ?>