Il-Ħadd infetaħ mill-ġdid l-outdoor gym f’Tas-Sliema b’kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali, Bulletproof Culture u Pragmatic Play.
Dan il-gym se jservi sabiex ir-residenti kif ukoll dawk kollha li jżuru l-lokalità ta’ Tas-Sliema jkollhom l-opportunita biex jagħmlu ftit eżerċizzju f’ambjent mill-isbaħ ħdejn il-baħar.
Is-Sindku John Pillow semma kif issa dan il-gym se jkun qed joffri apparat ġdid u tal-aqwa kwalità lil dawk kollha li jagħmlu użu minnu.
Huwa iringrazzja lill-eks sindku Anthony Chircop tal-idea li jsir dan l-outdoor gym f’Tas-Sliema, kif ukoll lil dawk kollha involuti sabiex isir dan il-proġett.
John Pillow iringrazzja wkoll lil Pragmatic Play għad-donazzjoni tagħhom biex isir dan il-proġett, kif ukoll lil Bulletproof Culture li għenu biex jippromwovu u jiftħu l-gym.
Is-Sindku ħabbar li l-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema se jkun qed jiftaħ outdoor gym ieħor fiż-żona ta’ Qui Si Sana.
Waqt l-attivita’ kien hemm preżenti diversi atleti li għamlu użu minn dan l-apparat il ġdid, kif ukoll saru diversi workshops minn Bulletproof Culture.
//= $special ?>