Nofs siegħa sħiħa u ebda referenza għas-sitwazzjonijiet li verament qed jaffettwaw u jinkwetaw lill-poplu Malti.
F’diskors mimli ftaħir dwar kemm hu u l-Gvern tiegħu qed jaħdmu u dwar kemm skont hu… huma l-Partit tal-Ħaddiem …. Robert Abela ħass li ma jagħmel ebda referenza għall-mijiet ta’ ħaddiema tal-Air Malta li ma jafux x’se jsir minnhom wara li tagħlaq il-linja nazzjonali tal-ajru.
Ma għamel ebda referenza għall-karba li qed issir biex tinħatar inkjesta pubblika dwar il-mewt taż-żagħżugħ Jean Paul Sofia.
Ebda referenza għall-iskandli tad-deal ta’ Vitals u Steward fejn il-poplu Malti għadu ma ħa ebda ċenteżmu lura mill-miljuni li nsterqu f’dawn l-aħħar tmien snin.
Lanqas kelma waħda dwar l-iskandlu tal-Bank Pilatus u l-cover-up li fih kien hemm involuti l-Kumissarju tal-Pulizija Angelo Gafa u l-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg. Fejn Abela stess ammetta li huwa kien l-Avukat tal-familja ta’ waħda mid-Diretturi tal-bank Pilatus Antoniella Gauci.
Meta kien qed jindirizza l-attività politika tal-Ħadd filgħodu fir-Rabat, Robert Abela ammetta li l-għoli tal-ħajja hija sfida li qed taffettwa lil kulħadd.
Bil-Prim Ministru jinfexx f’tgħajjir u f’attak partiġjan lejn l-Partit Nazzjonalista.
Intant id-diskors tal-MEP Laburista Alex Agius Saliba wkoll kien karatterizzat minn attakki partiġjani fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista.
U Alex Agius Saliba bħal donnu nesa t-tħanżir kollu li sar u għadu qed isir taħt Gvern Laburista…. tant li kienet l-eks Deputat Laburista Rosianne Cutajar li qalet li taħt il-Labour kulħadd jitħanżer. Fejn f’attakk partiġjan ieħor… qal li kien il-Partit Nazzjonalista… li tħanżer.
B’Agius Saliba għalaq id-diskors tiegħu billi ammetta li l-Gvern Laburista għamel numru ta’ żbalji.
//= $special ?>