Fl-aħħar xhur l-isfida tal-għoli tal-ħajja u taż-żieda fil-prezzijiet li qed iħabbat wiċċu magħha l-poplu Malti u Għawdxi kompliet tikber.
Iżda quddiem dan kollu, il-Gvern ta’ Robert Abela għadu mingħajr soluzzjoni …. għajr għan-nies tal-qalba li jibqgħu jitħanżru.
Skont statistika maħruġa mill-NSO, iż-żieda fil-prezzijiet tal-prodotti tal-ikel kompliet tħalli piż kbir fuq il-familji, hekk kif f’Marzu kien hemm żieda fl-indiċi tal-ikel u żieda wkoll fuq l-aktar prodotti essenzjali.
L-għoli tal-ħajja qed taffetwa wkoll il-ħaddiema, iż-żgħażagħ u l-anzjani … tant li f’temp ta’ sena l-inflazzjoni f’pajjiżna splodiet ‘l fuq b’mod qawwi immens. Fi 12-il xahar ir-rata tal-inflazzjoni zdiedet minn 4.5% għal 7.1%.
Dwar dan .. is-Sibt filgħodu, NetNews mar sal-Belt Valletta biex jistaqsi lin-nies jekk hux qed iħossu l-impatt ta’ din iż-żieda.
Minn xirja għall-oħra, il-konsumatur qed jiġi affettwat?
Iż-żieda fil-prezzijiet, b’mod partikolari tal-aktar affarijiet bażiċi u essenzjali hija t-tema fuq fomm kulħadd, aktar u aktar għax issa hemm individwi li qed jispiċċaw f’sitwazzjonijiet difficli.
Iżda quddiem din is-sitwazzjoni li kull ġurnata li tgħaddi qed tmur għal-agħar …. Bosta ministri fil-Gvern ta’ Robert Abela qalu li huma konxji ta’ din ir-realtà iżda ħadd mhu joffri ebda soluzzjoni għal din il-problema ….. Min jghid lill-familji biex jikkonslaw għax pajjiżi oħra jinsabu agħar minna, u min iwaħħal fis-sidien tal-ħwienet.
//= $special ?>