Karozza kienet involuta f’inċident fil-mini ta’ Santa Venera u kaġun t’hekk il-mina li tagħti lejn in-Nofsinhar ta’ Malta tinsab magħluqa għat-traffiku.
L-inċident seħħ il-Ħadd filgħodu għall-ħabta tad-9:00.
Il-Pulizija marret fil-post u mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li għal xi raġuni l-karozza baqgħet dieħla f’ħajt.
Infatti għal ċertu ħin kien hemm konġestjoni tat-traffiku fiż-żona.
Fortunatament, ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident.
//= $special ?>