B’gowl f’kull taqsima, Żabbar St. Patrick saru r-raba’ tim promoss għaċ-Challenge League meta l-Ħadd fis-Centenary Stadium għelbu lil Mġarr United 2-0.
Żabbar, immexxija minn Emilio Cornago, fetħu l-iskor fit-18-il minuta permezz ta’ Nick Borg, b’dan ikun l-uniku gowl fl-ewwel taqsima, b’Żabbar jidħlu jistrieħu 1-0 minn fuq.
Mġarr provaw iwettqu reazzjoni fit-tieni taqsima iżda awto gowl ta’ John Micallef issiġilla r-rebħa għal Żabbar li issa jingħaqdu ma’ Senglea, Msida u Luqa bħala l-erba’ timijiet promossi għall-Kampjonat Challege League l-istaġun li ġej.