Atalanta 3-1 Roma
Atalanta rritornaw għar-rebħ f’mument meta Roma huma għaddejjin minn perijodu pożittiv.
Rebħa li permezz tagħha telgħu fis-seba’ post b’żewġ punti biss anqas minn Inter filwaqt li Roma baqgħu fil-ħames post b’56 punt daqs Milan.
Hekk kif il-partita kellha mumenti ta’ temperament għoli, fis-27 minuta Massimiliano Irrati ammonixxa lil Gian Paolo Gasperini minħabba protesti minn fuq il-bank. Fid-39 minuta Atalanta marru fil-vantaġġ meta minn azzjoni ta’ Duvan Zapata kien Mario Pasalic li għeleb lil Rui Patricio għall uniku gowl matul l-ewwel taqsima.
Minkejja li fit-tieni taqsima Roma kienu aktar fil-partita, fl-74 minuta Atalanta rduppjaw permezz ta’ Rafael Toloi.
Reazzjoni minn Roma li fit-83 minuta naqqsu l-iskor. Minn pass ta’ Andrea Bellotti kien Lorenzo Pellegrini li għeleb lil Marco Sportiello. Minuta wara iżda l-iskor sar 3-1 b’ Teun Koopmeiners mill-ġdid għeleb lil Patricio u għalaq il-partita.
//= $special ?>