“Nawgura suċċess għall-futur iżda fuq kollox nawgura li tibqgħu toffru futur liż-żgħażagħ sabiex mhux biss itejbu l-ħiliet tagħhom fl-isport iżda ankè fil-valuri umani li jsawwruna.”
Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech hekk kif laqa’ lill-membri tal-iskwadra ta’ Ħamrun Spartans fid-Dar Centrali tal-Partit Nazzjonalista … fosthom lill-President ta’ Hamrun Joseph Portelli, il-kowċ tat-tim tal-Ħamrun Branko Nisevic, il-Captain tat-team Steve Borg, kif ukoll il-kumitat u l-istaff.
Hamrun Spartans huma friski mir-rebħ tad-9 Kampjonat Premier … fejn waqt il-laqgħa li kellhom mal-Kap tal-PN, preżentawlu t-trofew tant prestiġjuż tal-Kampjonat tal-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti.
Bernard Grech, akkumpanjat mid-deputati tal-Partit Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici, Darren Carabott u Mario De Marco u mill-President ta’ Tim Sport Partit Nazzjonalista Christian Micallef, awgura lill-iskwadra Ħamruniża sabiex ikunu ta’ eżempju b’determinazzjoni u xogħol impenjattiv f’dan is-settur.
Minn naħa tiegħu l-President ta’ Ħamrun, Joseph Portelli, rringrazzja lill-Partit Nazzjonalista talli laqa lil l-iskwadra fid-Dar Ċentrali. Waqt din il-laqgħa, il-club ta’ Ħamrun Spartans FC ippreżenta lil Bernard Grech flokk tal-iskwadra bin-numru 9 bħala tifkira.
//= $special ?>