Futbol Sport

BIR-RITRATTI: Ħamrun Spartans Champions 2022/23

(Ritratt: Joseph Galea)

Nhar is-Sibt li għadda, Ħamrun Spartans kienu nkurunati champions tal-futbol Malti wara li kienu ilhom li għamlu dan matematikament diversi ġimgħat ilu.

Il-fotografu ta’ Media. Link Communications Joseph Galea segwa dak kollu li ġara f’din il-ġurnata memorabli għas-supporters tal-Ispartans.

Dawn huma ftit mill-isbaħ ritratti li ġibed il-bravu Joseph Galea.

Sarah Bonnici, li tiġi bint is-CEO ta’ Ħamrun Spartans Marcel Bonnici kienet waħda mill-artisti li kienu parti mill-ftuħ taċ-ċelebrazzjonijiet f’Ta’Qali
Iż-żewġ naħat tal-enclosure kienu ppakkjati bis-supporters ta’ Ħamrun biex isegwu l-benjamini tagħhom fil-jum tal-preżentazzjoni tat-tazza
Il-Mascot ta’ Ħamrun b’waħda mill-bnadar li saru din is-sena apposta wara li ntrebaħ il-kampjonat
Gudja United jagħmlu l-‘Guard of Honour’ lil Ħamrun Spartans bħala champions tal-Kampjonat BOV Premier 2022/23
It-tazza tal-Kampjonat BOV Premier qabel il-partita
Supporters ta’ Ħamrun kienu xalata tul il-partita kollha jkantaw innijiet sinonimi mat-tim favorit tagħhom
Il-President ta’ Ħamrun Spartans Joseph Portelli jitkellem ma’ Jake Galea supporter ta’ Ħamrun Spartans
Players, staff tekniku u persuni oħra b’rabta mal-klabb ta’ Ħamrun Spartans wara l-preżentazzjoni tat-tazza
Joe Tanti tal-Greenfields, bintu Myra u Janville interpretaw id-diska ‘Erġajna’ qabel il-partita
Joseph Portelli mirfugħ minn Marcel Bonnici u Eric Saliba
Branko Nisevic u l-Assistent tiegħu Stefano De Angelis
Id-double decker tat-tim tal-Youths li huma wkoll rebħu l-Kampjonat għat-tieni sena konsekuttiva
Il-karrijiet jibdew dieħlin fi Triq il-Kbira San Ġużepp
Sett ta’ supporters quddiem il-karru li ħadmu huma stess
Karru ieħor mill-isbaħ jasal fit-toroq tal-Ħamrun
Aktar plejers ta’ Ħamrun jiċċelebraw dan id-disa’ kampjonat fl-istorja tal-klabb
Id-double decker tal-plejers ta’ Ħamrun tasal quddiem il-Każin Banda San Ġużepp
Ikomplu jaslu aktar karrijiet u double deckers fi Triq il-Kbira San Ġużepp
Il-plejers ta’ Ħamrun ikomplu nieżlin lejn il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet fejn il-każin ta’ Ħamrun Spartans