Tim A Ħamrun 147 telgħu fl-ewwel post tan-National Blackball League wara li rebħu żewġ partiti importanti. Huma rebħu darbtejn kontra Tim A Każin Pinto Qormi 11-0 u 11-4 sabiex qabżu lit-tieni tim tagħhom Ħamrun 147 B li min-naħa tagħhom tilfu 11-5 kontra Cospicua Rangers.
Valletta Breakwater qed jaqsmu t-tieni post wara li ddominaw il-konfront kontra Tim A Jojo’s Birżebbuġa 11-0.
Fir-Regional League, Tim A Mosta St Mary’s telgħu fl-ewwel post wara li kisbu żewġ rebħiet konsekuttivi kontra Tim C Ħamrun 147 11-6 u Tim A Birkirkara Duke’s 11-8.
Fi grupp A tal-Community League, Valletta Fossa Boys u Tim B Juve Birkirkara jinsabu jaqsmu l-ewwel post. Valletta kienu l-aħjar li marru fl-aħħar partiti fejn rebħu 11-8 lil Tim B Birkirkara Duke’s, kif wkoll il-konfront dirett kontra Tim B Juve Birkirkara 11-2.
Fi grupp B tal-Community League, Tim D Ħamrun 147 rebħu l-konfront dirett tagħhom kontra Tim B Balzan 11-7 sabiex fil-klassifika telgħu jaqsmu l-ewwel post magħhom b’27 punt.
//= $special ?>