Ilbieraħ intemm iċ-Challenge League fejn ingħata l-aħħar verdett, dak tal-aħħar u s-sitt tim li kellu jkun relegat flimkien ma’ Mqabba, Vittoriosa, Mtarfa, Qrendi, u Marsaskala.
Wara l-logħbiet tal-bieraħ kienu San Ġwann li kienu relegati wara li fl-aħħar logħba tagħhom kienu megħluba minn Swieqi 2-0.
Marsa salvaw b’mod drammatiku meta skorjaw żewġ gowls lejn it-tmiem biex kisbu draw prezzjuż kontra Qrendi li kienu bnew vantaġġ doppju.
Lija riedu bilfors ir-rebħa biex isalvaw u rnexxielhom jagħmlu dan b’rebħa ta’ 4-2 kontra Fgura.
Anki Attard riedu bilfors ir-rebħa kontra Mtarfa u rnexxielhom jagħmlu dan b’mod mill-iktar spettakolari meta kisbu rebħa ta’ 5-2.
//= $special ?>