Iċ-champion tad-Dinja il-Belġjan Remco Evenepoel ta’ Soudal Quick Step rebaħ il-109 edizzjoni tat-tiġrija klassika fl-istorja tac-ciklizmu Liegi – Bastogne – Liegi.
Huwa temm il-258.1 kilometri f’ sitt siegħat 15-il minuta u 49 sekonda. Evenepoel rebaħ għat-tieni sena konsekuttiva fejn kollox deher faċli wara li fil-85 kilometru s-Sloven Tadej Pagacar ta’ Emirates waqa’ u kien kostrett li jirtira fejn wara rriżulta wkoll li kiser il-polz tax-xellug.
Meta kien għad fadal 29 kilometru mit-tmiem, fi dwell mal-Britanniku Thomas Pidcock ta’ Ineos Granadiers, Evenepoel fetaħ l-attakk b’ebda risposta minn Pidcock fejn sa tmien kilometri l-vantaġġ tela’ għal minuta u nofs bid-distakk fi tmiem it-tellieqa jkun ta’ minuta u sitt sekondi minn Pidcock bil-Kolombjan Santiago Buitrago Sanchez ta’ Bahrain Victorious fit-tielet post.
Fir-raba’ post temm l-Irlandiż Ben Healy ta’ EF Education Easypost.
//= $special ?>