L-awtoritajiet mediċi qegħdin isegwu l-iżviluppi relatati mal-varjant ġdid tal-Covid bl-isem Arcturus u li għandu n-nisel tiegħu fil-varjant tal-Omicron. Dan meta l-varjant ġdid – kunsidrat bħala l-aktar versjoni tal-Covid li tinfetta malajr lin-nies – qed jinfirex madwar l-Indja u bnadi oħra tal-Asja fost rapporti dwar każi oħra madwar id-dinja.
Intant, il-Ministri fi bnadi tal-Indja reġgħu daħħlu l-liġi dwar il-maskri tal-wiċċ f’tentattiv biex iwaqqfu l-firxa ta’ Arcturus. Dan waqt li proprju dan ix-xahar, xi 105 każ tal-varjant ġdid – XBB.1.16 – kienu identifikati fi kważi r-reġjuni kollha tal-Ingilterra.
Filwaqt li magħruf li mietu ħames Britanniċi mill-effetti tal-Arcturus, l-Aġenzija tas-Saħħa Britannika UKHSA qalet li dawn il-pazjenti kollha kellhom il-problemi mediċi.
Sadanittant, il-varjant Arcturus fl-aħħar ġimgħat kien identifikat f’talanqas 20 pajjiż, inkluż l-Istati Uniti, bid-data turi li l-istess varjant jirrappreżenta xi tnejn fil-mija tal-infezzjonijiet ġodda kollha bil-Covid.
Ix-xjenzati jemmnu li dan il-varjant kapaċi jiżgiċċa lill-immunità tal-ġisem minkejja l-protezzjoni mit-tilqim u s-sitwazzjonijiet fejn in-nies ikunu mardu diġà bil-varjanti preċedenti tal-virus,
Madankollu, filwaqt li r-riċerkaturi fil-Ġappun jaqblu dwar ‘it-trasmissjoni faċli’ ta’ Arcturus minn persuna għall-oħra mhemm l-ebda provi li dan l-virus għandu potenzjal aktar qattiel mill-versjonijiet preċidenti tal-Covid.
//= $special ?>