Jesmond Gauci ġie elett f’elezzjoni każwali sabiex jimtela’ l-post vakat ta’ Kunsillier fil-Kunsill Lokali tal-Mosta wara r-riżenja għal raġunijiet personali tal-Kunsillier Mikhail Micallef.
L-elezzjoni każwali saret illum it-Tnejn, 24 ta’ April – sabiex b’hekk wara li Micallef kellu jieħu pass lura mill-qadi tiegħu fil-Kunsill Lokali bħala Kunsillier attiv issa jmiss għal Jesmond Gauci sabiex jissokta bil-ħidma tal-PN fi ħdan il-Kunsill Lokali.
Il-Partit Nazzjonalista jixtieq jirringrazzja lil Mikhail Micallef għall-kontribut tiegħu kemm dam Kunsillier, kemm f’San Ġwann u fl-aħħar erba’ snin fil-Mosta, filwaqt li jawgura kull suċċess lil Jesmond Gauci fil-kariga l-ġdida tiegħu bħala Kunsillier Lokali.
//= $special ?>