Lokali

Joħroġ it-tieni appell għall-informazzjoni dwar l-għaddas li nqatel f’Awwissu li għadda

Il-Pulizija reġgħet appellat lill-pubbliku għal kull għajnuna li tista’ tingħata b’rabta mal-każ li kien seħħ fil-11 t’Awwissu 2022 fejn għaddas kien tilef ħajtu f’San Pawl il-Baħar wara li x’aktarx intlaqat minn xi opra tal-baħar.

Christian Degabriele ta’ 35 sena residenti Ħal Għaxaq kien qiegħed jogħdos f’dawk l-inħawi u qatt ma tela’ lura.

Huwa kien instab ‘l għada bla ħajja fl-inħawi tal-Gżejjer ta’ San Pawl.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar dan il-każ, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.