Ibni kien l-iktar ħaġa prezzjuża f’ħajti. Jien mal-mewt tiegħu ntfejt. M’għadnix li kont. Kull ħaġa tfakkarni fih u xħin niftakar fih nibki. Imma se nibqa’ naħdem u ninsisti għal Inkjesta Pubblika sal-aħħar nifs ta’ ħajti. L-imħabba ta’ omm hija eterna u ma tispiċċax mal-mewt. U xejn u ħadd mhu se jaqtagħli qalbi.
Kliem Isabelle Bonnici, omm iż-żagħżugħ ta’ 20 sena Jean Paul Sofia li fit-3 ta’ Diċembru li għadda tilef ħajtu mirdum taħt il-ġebel u terrapien ta’ binja fil-qasam industrijali ta’ Kordin li kkrollat fil-ftit mumenti li hu kien preżenti fiha.
Fl-inċident weġġgħu ħames ħaddiema oħra imma li fortunatament ma missethomx ix-xorti kiefra li misset lil Jean Paul.
Minn dak iż-żmien sal-lum għadha tidwi l-karba ġenwina ta’ omm dan iż-żagħżugħ għal inkjesta pubblika biex toħroġ il-verità sħiħa u jkunu evitati traġedji simili fil-futur.
Isabelle Bonnici qaltilna li hi qed tinsisti għal Inkjesta Pubblika għax din tinvestiga iktar fil-fond minn inkjesta Maġisterjali. “Minn Inkjesta Pubblika l-esperti jistgħu jindagaw ukoll in-nuqqasijiet li hemm fis-sistema li mhux taħdem, għax kieku ma jkunx hemm daqstant imwiet.
“Inkjesta Pubblika tagħti r-rakkomandazzjonijiet biex jekk hemm bżonn jinbidlu jew jiżdiedu xi liġijiet biex flimkien ma’ infurzar uliedna jkollhom post iktar sikur fuq il-post tax-xogħol. Jien ma rridx li ibni Jean Paul ikun miet għalxejn. Jekk imqar insalva xi ġenitur milli jgħaddi milli għaddejna aħna, dan ikun ftit wens għalija, ’il bogħod minn dan id-dulur etern.”
Isabelle Bonnici qaltilna li hi ltaqgħet ma’ kull membru parlamentari, mal-Prim Ministru, mal-Kap tal-Oppożizzjoni u mal-Arċisqof Charles Scicluna. Fi kliemha stess, sabet appoġġ mingħand kulħadd minbarra minn ċerti membri min-naħa tal-Gvern u mill-Gvern innifsu.
“Jien irrid biss il-ġid ta’ wliedna u qed nipproteġihom. Nixtieq li l-Gvern iħares f’għajnejja u jgħidli onestament lil min qiegħed jipproteġi hu.”
Isabelle enfasizzat magħna li f’dan il-każ m’hemmx politika. “L-uniku kulur li tara omm mal-mewt ta’ binha huwa iswed. Jien irrid ġustizzja totali u sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Min se jagħtini widen jekk ma jagħtunix dawk li l-poplu eleġġa biex jagħmlulna ħajjitna aħjar?”
Bir-raġun kollu Isabelle Bonnici qaltilna li l-aktar ħaġa prezzjuża f’ħajjitha kien binha Jean Paul. “Jien mal-mewt tiegħu ntfejt. M’għadnix li kont. Kull ħaġa tfakkarni fih u xħin niftakar fih nibki. Imma jien se nibqa’ naħdem u ninsisti għal Inkjesta Pubblika sal-aħħar nifs ta’ ħajti. L-imħabba ta’ omm hija eterna u ma tispiċċax mal-mewt. U xejn u ħadd mhu se jaqtagħli qalbi.”
Isabelle Bonnici qaltilna li hi ltaqgħet ma’ kull membru parlamentari, mal-Prim Ministru, mal-Kap tal-Oppożizzjoni u mal-Arċisqof Charles Scicluna. Fi kliemha stess, sabet appoġġ
mingħand kulħadd minbarra minn ċerti membri min-naħa tal-Gvern u mill-Gvern innifsu. “Jien irrid biss il-ġid ta’ wliedna u qed nipproteġihom.
Fl-aħħar nett Isabelle Bonnici xtaqet tirringrazzja lil dawk il-ħafna li qed jissapportjawha. “Dawn jagħtuni l-kuraġġ inkompli miexja biex nasal għad-destinazzjoni tiegħi.”
//= $special ?>