Il-Kunsill Lokali tal-Munxar se jkun qed jorganizza t-tieni edizzjoni ta’ Il-Munxar Fireworks and Gastronomy Festival nhar il-Ġimgha 28 ta’ April mis-7.30pm-il quddiem fi Triq l-Isqawi, l-Munxar.
Se jkun hemm show pirotekniku b’logħob tan-nar sinkronizzat mal-mużika. Kull min jattendi se jkun jista’ jgawdi serata ta’ divertiment ippreżentata minn Ron Briffa, bis-sehem tal-Versatile Brass Band u Straitahead, fost oħrajn, filwaqt li jduq ikel tipiku Malti b’xejn.
Dan il-proġett huwa ko-finanzjat b’fondi Ewropej li rnexxielu jakkwista l-Kunsill Lokali tal-Munxar.
//= $special ?>